Malta Labour Party   (1047 views)

What is Malta Labour Party doing now?

Viva il Partit Laburista
More than 1 month ago  ·  Comment »

Location

ghawdex u, Malta

Birthday

March 8
 
Advertisement

Info

http://ghal-laburisti-kollha.hi5.com - Send it to your friends

Birthday

March 8

Location

ghawdex u, Malta

 

About Me

“Ahna jimportana minn dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li qed jghixu l-aspirazzjoni li jharsu ‘l quddiem biex joffru futur ahjar lil uliedhom”. Dan qalu l-lejla l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta kien qed jindirizza l-attivita` Taht it-Tinda Mieghek fil-Misrah fir-Rabat. Il-Mexxej Laburista sahaq illi l-impenn ta' Gvern Laburista gdid huwa li jissoda, isahhah u jhares il-kundizzjonijiet tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin.

Fir-Rabat Dr Sant tkellem dwar id-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi, li jiehu l-MEPA f'idejh f’kaz li jerga jkun hemm Gvern Nazzjonalista. Sahaq li f'dawn l-ahhar snin Gonzi kien responsabbli daqs George Pullicino ghal mod skandaluz li mxiet bih il-MEPA u ghall-process ta’ l-outside development zones. Il-Mexxej Laburista qal li ma jistax jifhem kif Dr Gonzi jiftahar kemm sejjer tajjeb il-pajjiz izda imbaghad fl-istess hin dawk in-nies li suppost kienu qed imexxuh, qed jitwarbu.

Dr Sant qal li l-Partit Laburista jimportah mill-familji Maltin u Ghawdxin kollha. B’familja l-Partit Laburista jifhem dik l-ghaqda fis-socjeta li tiehu hsieb, trawwem, tizvillupa, teduka u tindokra lit-tfal biex ikollhom futur ahjar. Il-Partit Laburista jimportah min dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li qed jghixu din l-aspirazzjoni.

Il-Mexxej Laburista ta garanzija li Gvern Laburista gdid se jkun qed jahdem ma' dawk l-ghaqdiet li jaghtu appogg lill-familji u elenka whud mill-mizuri li se jaddotta favur it-tfal, fosthom li l-Kummissarju ghat-tfal jinghata rwol ta' Ombudsman. Ghaz-zghazagh Gvern Laburista gdid se jkun qed jibni sixth form gdid fin-naha ta' fuq ta' Malta u se jkun ghaddej b'ricerka kontinwa dwar il-bzonnijiet u l-aspirazzjonijiet taghhom.

Dr Sant qal li flus fil-bwiet tal-familji fl-ahhar snin komplew jonqsu u d-dhul taghhom spicca inqas miz-zieda tal-gholi tal-hajja. Kien hawn li tenna l-weghda li Gvern Laburista gdid se jkun qed inaqqas is-surcharge bin-nofs ghall-familji kollha wara gimgha li jkun fil-gvern. Fl-istess hin il-gimgha d-diehla meta se jhabbar il-pjan ekonomiku tieghu, il-Partit Laburista se jaghti dettalji dwar kif se tonqos is-surcharge ghas-settur tan-negozji.

Il-Mexxej Laburista qal li l-gvern ta’ Dr Gonzi ghandu rekord ta' gvern giddieb. Fost l-ohrajn qabel l-ahhar elezzjoni generali kien wieghed li l-VAT ser tibqa bir-rata ta’ 15% biex wara spicca tellaha ‘l fuq ghal 18%. Semma wkoll kif il-gvern ta' Dr Gonzi kien qed jippjana li s-servizzi tas-sahha jsiru bil-hlas, tant li kien iddiskutiha fil-livell ta' kabinett waqt li gvern iehor Nazzjonalista jzid it-taxxi.

Gvern Laburista gdid wara t-8 ta’ Marzu, temm jghid Dr Sant se jkun qed jaghti lil pajjizna tmexxija gdida, serja u nadifa, ghaliex dik hija l-bidla li jrid il-poplu Malti u Ghawdxi. Prezenti ghall-attivita` kien hemm ukoll iz-zewg deputati Mexxeja Laburisti Dr Charles Mangion u Dr Michael Falzon flimkien mad-deputat Carmelo Abela.

Interests

Meta n-Nazzjonlisti jhossuhom imwarrba mill-poplu, jilaghbu l-karta tal-Unjoni Ewropea. Is-shubija ta’ Malta fl-UE u fiz-zona tal-Ewro m’ghadhiex suggett ta’ diskussjoni ghax il-Partit Laburista jirrispetta d-decizjoni tal-poplu Malti, u halef li l-ghan ewlieni taghna issa hu li niehdu l-akbar vantaggi ghall-familji taghna minn din is-shubija.

Izda, kuntrarju ghall-gvern prezenti, l-Partit Laburista m’ghandu l-ebda kumpless ta’ inferjorità, u wisq anqas mentalità kolonjali, fejn jidhol il-harsien tal-interessi ta’ Malta. Nifhmu, u nirrispettaw l-obbligi taghna bhala membri fl-UE u fiz-zona Ewro. Imma daqstant iehor konxji tad-dritt u d-dmir taghna li niddefendu l-interssi ta’ pajjizna fl-istrutturi tat-tmexxija tal-UE. Hekk jaghmel kull pajjiz, u hekk ser naghmlu ahna.

Il-PN ma kienx kapaci jgib il-beneficcji li wieghed fil-kampanja ghad-dhul ta’ Malta fl-UE. Mhux talli hekk, talli halla l-amministrazzjoni tieghu titnawwar bill-korruzzjoni, abbanduna l-ambjent, sparpalja flus zejda fi progetti li setghu saru b’ ferm aktar efficjenza, u halla lil Malta taqa’ lura fil-kriterji li bihom jitkejjel is-success ekonomiku u socjali fil-pajjizi ewropej.

Jiftahar li gab il-finanzi publici fis-sod, izda ftit isemmi kemm waqajna lura fil-livell tal-ghixien tal-familji taghna. Fl-Agenda ta’ Lisbona l-UE stabbilit miri cari li ghandhom jahdmu ghalihom il-pajjizi kollha fl-Unjoni sal 2010. Il-gvern ta’ Gonzi stabilixxa miri aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Agenda ta’ Lisbona, izda xorta wahda ma lahaqx dawn il-miri aktar baxxi. Halli nsemmi xi ezempji.

• Malta qieghda fil-post ta’ qabel tal-ahhar fin-numru ta’ haddiema li jahdmu bi qligh. Warajna hemm biss il-Polonja li dalwaqt tghaddina ghax kemm ilha fl-UE qed izzid l-impjiegi b’ rata ferm aktar mghaggla minna.
• Ghanda l-aktar rata baxxa ta’ nisa li jahdmu bi qligh fil-pajjizi kollha tal-UE.
• Ghandna standard of living li dejjem qed jonqos. Il-gid ekonomiku li noholqu ras ghal ras f’pajjizna komparat mal-medja milhuqa fl-UE, nizel ghal darba ohra fl-2007, u skond il-Eurostat ser jerga’ jinzel fl-2008.
• L-ekonomija Maltija qed tohloq ferm inqas impjiegi milli qed joholqu l-ekonomiji ta’ pajjizi li dahlu fl-UE maghna.
• Ghandna l-aktar rata gholja ta’ zghazagh li jhallu l-iskola minghajr kwalifici u snajja, biex imbaghad isibuha difficli hafna biex isibu impjieg xieraq. U issa jigi l-Prim Ministru Gonzi jghidilna li ghandu ‘vizjoni’ ta’ Malta bhala centru ta’ eccelenza fl-Informatika sal-2015. Veru kif jghidu, ‘min jorqod bil-guh, johlom bil-ftajjar!’

Il-ministri Nazzjonalisti immexxija minn Dr Gonzi mhumiex kapaci jisfruttaw l-opportunitajiet li ggib maghha shubija fl-UE. Mhumiex kapaci jiggiedlu ghall-interssi ta’ Malta bhalma jaghmlu l-pajjizi kollha.

Lesti biss biex jimplimentaw id-direttivi u jaqdu lill-klikka ta’ hbieb li ghandhom madwarhom, waqt li lil familji jghabbuhom bit-taxxi, u imbaghad jghidilhom li mhux veru li l-hajja qieghda toghla.

Meta Gonzi jittratta lill-familji taghna daqs li kieku kienu boloh, juri li ma jixraqlux ikun Prim Ministru. Jipprova jbezza’ lin-nies billi joholoq dubji fuq il-politika dikjarata tal-Partit Laburista li niehdu l-akbar vantaggi mis-shubija fl-UE.

Izda n-nies mhumiex imzazen. Mhux ser jemmnu lil min jipprova jbieghlhom il-holma ta’ prosperita fl-2015, meta fir-rejalta kien kapaci biss igib hmar il-lejl ghal bosta familji Maltin. Ghalhekk, il-poplu Malti ser jafda lill–Partit Laburista biex igib il-beneficcji vera ta’ shubija fl-UE. Ghalhekk wasal iz-zmien ghal bidla.

Favorite Movies

 

Favorite TV Shows

 

Favorite Quote

8 March il partit Laburista ha ikun hemm fil gvern 2008
 

hi5 Games

Play hi5 Games

Malta Labour Party hasn't played any games recently.

 

Journal

View 1 Entry    Add Comment

joseph muscat : Jun 19, 2008
www.josephmuscat.com
Il-vizjoni tieghi ghall-Partit Laburista
Pajjizna ghandu bzonn riformi ambjentali, socjali u ekonomici kbar biex jilhaq il-livelli ta’ zvilupp tal-pajjizi shabna fl-Unjoni Ewropea.

Partit Laburista imsahhah, mibdul u pozittiv huwa l-ahjar mod kif dawn ir-riformi isiru b’ mod li jghaqqdu flimkien lis-setturi kollha tas-socjeta: minn impjegati ghal negozjanti; minn zghazagh ghal nisa; minn hassieba ghal dawk li jghixu barra l-pajjiz.

Biex dan isehh irridu nibdew issa u minghajr dewmien nibnu moviment kbir li jigbor fi hdanu l-ahjar elementi ta' pajjizna. Moviment li jmur lil hemm mill-Partit Laburista u li jinkludi kull minn ghandu idejat innovattivi u progressivi, kull minn ghandu l-hila u l-inizzjattiva li jwettaq progetti li joholqu il-gid, u kull min tabilhaqq xeba' bil-qerda ta' l-ambjent.

Biex il-Partit Laburista jirnexxielu jigbor madwaru moviment wiesgha bhal dan jehtieg l-ewwel nett li jissoda minn gewwa. Jehtieg ukoll li jkollu Mexxej li huwa kapaci jigbed is-simpatija u jirbah ir-rispett mhux biss ta' dawk li kienu u baqaw l-attivisti tieghu matul is-snin, imma anki ta' dawk li ma baqawx jhossuhom parti minnu u sahansitra ta' min qatt ma hassu qrib tieghu.

Nemmen li nista’ nkun il-persuna li nghaqqad flimkien dawn l-elementi kollha biex inwasslu ghal Gvern Laburista sa' l-2013 sabiex inwettqu l-aspirazzjonijiet taghna ghal poplu u pajjizna. Nemmen li nista’ naghti vizjoni u energija biex sa’ 60 xahar iehor inkunu maghzula mill-poplu biex imexxu lil pajjizna.

Il-pedament ta’ dan il-progett huma iz-zghazagh, kategorija li fl-ahhar snin ma irnexxielniex nattiraw bizzejjed lejna. Irrid nuri lil shabi zghazagh li mal-Partit Laburista u fil-moviment li ser noholqu flimkien jistghu ikunu parti minn Generazzjoni Rebbieha.

Ghalhekk, wara li tkellimt mal-familja u ma bosta persuni ohra, wasalt ghad-decizjoni li nressaq n-nomina tieghi ghal kariga ta' Mexxej tal-Partit Laburista meta jifthu n-nominazzjonijiet.

B'hekk, wara l-esperjenza tieghi fl-akbar istituzzjoni demokratika fid-dinja, il-Parlament Ewropew, inkun nista' nkompli nservi lill-pajjizi b'mod aktar dirett.

In-nomina tieghi qed nitfaha minghajr l-ebda kundizzjoni. Jekk nigi elett, lest li nahdem ma’ kull persuna maghzula mill-Partit Laburista bhala Deputati Mexxejja u fil-karigi kollha l-ohra.

Fil-gimghat li gejjin se nkun qed niltaqa ma’ dawk kollha involuti biex nisma minghandhom u nispjega l-programm ta’ hidma tieghi.

Applications

Browse Applications

Music iLike
Add music and videos to your profile, list your favorite artists, and test your skill in the Music...

 

Widgets

 

 

hi5 Gifts

Give a Gift    Get hi5 Coins    View all

Malta Labour Party has no unwrapped gifts.
 

Comments | View All Entries

Leave a comment for Malta Labour Party

 
 
 
 
 
 
 
 
Mar 6 8:01 AM
 
href="http://www.alliekatzgraphics.com/" target="blank" >MySpace Graphics
 
 
 
 
Jan 21 10:05 AM
Lee says:
 
Viva Il Labour u Zobb Fox Il Pn Kollu u Min Jithajjar Jivvutalom!!
fejnuma l laburisti ejja hankisru xD
 
 
 
 
 
 
Mar 22, 2008 2:10 PM
 
MySpace Graphics
MySpace Comments & MySpace Backgrounds Happy Easter to all!! of u and you Family From : Marie Colene cu u tc :)
 

Title
body
 

Purchase additional coins

You need an additional: hi5 Coins hi5 Coins

Get Coins No Thanks